‘Konna sfortunati imma dik parti mil-logħba’
- Oliver Spiteri, kowċ Balzan FC
‘Meta titlef qatt ma’ tista tkun kuntent. Imma l-pożittiv huwa li l-prestazzjoni kienet waħda tajba.’ Dawn kienu l-ewwel kummenti tal-kowċ ta’ Balzan Oliver Spiteri wara t-telfa li t-tim tiegħu sofra kontra Mosta. Huwa kompla hekk. ‘ Illum il-fortuna ma’ kienetx fuq in-naħa tagħna. Konna sfortunati imma dik hija parti mil-logħba wkoll. Jekk il-ballun jgħidlek ma’ jridx jidħol ma’ jidħolx. Issa rridu nħarsu lejn il-logħbiet li jmiss. Inkomplu naħdmu sabiex nieħdu l-punti mill-konfronti kontra Gżira u Birkirkara qabel jintemm l-ewwel rawnd. Nirranġaw l-iżbalji tagħna imma jidher ċar li l-players qed jagħtu l-massimu. Vera li għandna nixfa ta’ gowls u hemm fejn l-aktar li rridu nirranġaw.’
‘Bejn it-timijiet ma’ tantx hemm x’tagħżel’
- Joe Grech, kowċ Mosta FC
‘Kienet logħba li konna qed inħarsu lejha bħala waħda importanti għall-fini tal-klassifika.’ Kliem il-kowċ Mosti Joe Grech wara r-rebħa li t-tim tiegħu kiseb kontra Balzan bl-iskor ta’ 2-1. Grech kompla jżid. ‘It-tlett punti kienu importanti sabiex nibqgħu nżommu post f’nofs il-klassifika. Bejn it-timijiet ma’ tantx hemm x’tagħżel. Fil-fatt b’sinċerita ngħid li Balzan kienu aħjar illum. Ovjament daħqitilna xi ftit il-fortuna. Imma l-futbol huwa hekk. Daqq fuq u daqqa taħt. Irridu issa nibdew nippreparaw għaż-żewġ logħbiet li jmiss biex intemmu l-ewwel rawnd fuq nota pożittiva u f’pożizzjoni komda’
KLASSIFIKA | L | PTI |
Ħamrun Spartans * | 10 | 28 |
Gżira United | 11 | 22 |
Hibernians | 11 | 21 |
Birkirkara | 11 | 19 |
Floriana | 11 | 18 |
Mosta | 11 | 17 |
Gudja United | 11 | 17 |
Valletta | 11 | 15 |
Balzan | 11 | 14 |
Marsaxlokk | 11 | 13 |
Sirens | 11 | 12 |
Santa Lucia | 11 | 5 |
Żebbuġ Rangers * | 10 | 4 |
Pietà Hotspurs | 11 | 4 |
L-AQWA SKORERS | GLS |
Jurgen Degabriele (Hibernians) | 9 |
Jefferson de Assis (Gżira United) | 9 |
Chalres Lokoli Ngoy (Żebbuġ Rangers) | 6 |
Maxuell Maia (Gżira United) | 6 |
Christ Ememe (Mosta) | 6 |
Vito Plut (Gudja United) | 5 |
Elvis Mashike (Ħamrun Spartans) | 5 |
Jake Grech (Hibernians) | 5 |
LOGĦOB LI JMISS
Il-Ħadd 27 ta’ Novembru, 2022
Centenary Stadium
11.00am – Żebbuġ R. – Ħamrun S.(tieni taqsima)
Centenary Stadium
1.00pm – Gżira Utd.- Balzan
Stadium Nazzjonali
12.00pm – Sirens – Hibernians
2.15pm – Floriana – M’Xlokk
Il-Ħadd 4 ta’ Diċembru, 2022
Centenary Stadium
11.30am – Ħamrun S. – Sta Lucia
2.00pm – Mosta – Żebbuġ R.
Stadium Nazzjonali
11.30pm – Pieta H. – B’Kara
2.00pm – Valletta – Gudja Utd.
//= $special ?>