In-Nazzjonijiet Uniti ħabbret li twieldet it-tmien biljun persuna fid-dinja 11-il sena wara li d-dinja kienet laħqet is-seba’ biljuni.
It-tarbija, li ssemmiet Vinice, twieldet illum fis-1:30 ta’ filgħodu, ħin lokali, f’Tondo, Manila, il-Filippini.
Qed ikun meqjus li baqalna 15-il sena oħra biex id-dinja tilħaq id-9 biljuni filwaqt li mhux se nilħqu l-10 biljuni qabel l-2080. Dan ifisser li l-popolazzjoni fid-dinja iktar ma jmur iktar qed tonqos minkejja li f’nofs is-seklu għoxrin kien hemm żieda drastika fil-popolazzjoni.
//= $special ?>