Lokali Parlament

Jeħtieġ terġa’ tinfetaħ il-pitkalija f’Għawdex

Toni Bezzina, PN

Id-deputat Nazzjonalista Toni Bezoina appella fil-parlament biex f’Għawdex terġa’ tinfetaħ il-pitklaija.

Toni Bezzina qal li Għawdex hu ċentru għall-agrikoltura u ssajd u appella biex dawn is-setturi jaqgħu taħt il-Ministru għall-Agrikoltura u s-Sajd. F’Għawdex hemm problema ta’ nuqqas ta’ ptikalija, minkejja li l-binja tinsab f’pastha. Dan hu ta’ żvantaġġ għall-bdiewa Għawdxin u għalhekk il-pitkalija f’Għawdex għandha terġa’ tinfetaħ.

Problema oħra hi l-kaxxi tal-pitkalija li qed jinġiebu minn Malta; din hi problema li qed tiswa ħafna telf ta’ ħin għall-bdiewa Għawdxin. Għandu jkun hemm depot f’Għawdex stess għall-kaxxi tal-pitkala, appella d-deputat Nazzjonalista, li kompla li problema oħra hi l-għoli fil-prezz tal-materja prima. Hu appella biex l-ilma naturali jibda jintuża mill-bidewa wara li jsiru l-ġibjuni neċessarji.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-liġi dwar il-qbiela tal-art agrikola spiċċat ħolqot iktar problemi u inċertezza illi kien hemm qabel. Hu qal li l-gvern m’aċċettax l-emendi u l-proposti li għamlet l-Oppożizzjoni biex din il-liġi titjieb.