Lokali Qorti

Kawża kontra l-istat minn ċittadin illi qed jgħid li kaġun tal-korruzzjoni “qed inħallsu aktar”

Il-poplu qed iħallas aktar minħabba l-mod kif ingħataw il-kuntratti minn naħa tal-Gvern. Dak li ngħata bil-korruzzjoni bħall-kuntratt ta’ l-Electrogas li qed iġegħel lill-poplu Malti jħallas aktar għandu jieqaf u bħala ċittadin għażilt li nieħu l-Gvern fl-ogħla Qorti biex ma jibqax għaddej dan is-serq.

Dan ħareġ mix-xhieda li ta Manwel Delia, li beda proċeduri fil-Qorti Kostituzzjonali kontra l-Istat u l-kumpaniji tiegħu fejn qal li kumpanija privata tista’ tfittex lilha jew tagħżel li tmur għand kumpanijia kompetitur biex ma tkomplix tinsteraq.

Meta kien qed jixhed quddiem l-Imħallef Grazio Merceica, Delia qal li numru ta’ kumpaniji tal-Gvern qed jiffinanzjaw il-korruzzjoni ta’ Konrad Mizzi, Keith Schembri u Yorgen Fenech u minflok il-Gvern iwaqqaf dan kollu, jibqa’ għaddej qiesu ma’ ġara xejn. 

Mid-deals li saru dawn in-nies qed jibqgħu jagħmlu l-flus għas-spejjeż tal-poplu. Tenna li dan kollu jinsab fid-dominju pubbliku. L-Electrogas hija ‘cover up’ għas-SOCAR tal-Ażerbajġan, li magħha l-gvern għalaq ftehim bil-moħbi li jinkludi x-xiri tal-enerġija minnha irrispettivament mill-prezzijiet tas-suq matul it-18-il sena ta’ wara, bil-BOV ukoll jidħol fl-istorja. 

Kompla jgħid li l-korruzzjoni wasslitna impjant li ma jaħdimx bl-użu ta’ gass li ġej għal tanker vojt li m’għandniex bżonn. Iżda l-flus nixxew lejn il-politiċi korrotti li ħadu d-deċiżjonijiet,

Delia semma ta-talbiet għall-inkjesti li saru lil diversi Qrati biex il-ħaħin ma jibqax ħażin u jitressqu persuni l-Qorti li jkunu għamlu ħerba bi flus il-poplu, li iżda sfortunatament f’ħafna każi bqa’ ma sar xejn.

Il-fatt li persuni bhal Konrad Mizzi u Keith Schembri huma mċappsa kien ikkonfermat ukoll mill-Gvern Amerikan fejn dawn ingħataw projbizzjoni fuq l-ivvjaġġar lejn l-Istati Uniti minħabba “l-involviment tagħhom f’korruzzjoni sinifikanti”.

Mizzi u Schembri kienu, fil-kapaċitajiet uffiċjali tagħhom, kienu involuti f’“atti korrotti li kienu jinkludu l-użu tal-influwenza politika u l-poter uffiċjali tagħhom għall-benefiċċju personali tagħhom”.

Agħar min hekk qal Delia fix-xhieda tiegħu li l-istat meta jaf bil-korruzzjoni flok iwaqqafha qed jibqa’ għaddej. “Uliedi li meta sar il-kuntratt ma kienux konxji fejn l-età tagħhom kienet waħda tenera meta l-kuntratt korrott kien iffirmat, se jibqgħu jħallsu għalih huma wkoll mingħajr ma għandhom l-ebda tort,” qal ix-xhud.

Delia qal li ma jistax ikun li ċ  -ċittadin ikompli jikkontribwixxi għall-but ta’ Yorgen Fenech li għadu sal-lum idaħħal l-flus minn fuq dahar il-poplu. “Hawn id-drittijiet tiegħi u taċ-ċittadini qegħdin jinkisru għax wara kollox dan kollu qed isir minn flusna, qal ix-xhud, li għalih qegħdin jidhru l-Avukati Jason Azzopardi u Edward Debono.