Rebekah Borg, PN
Id-deputat Nazzjonalista Rebekah Borg appellat fil-parlament biex l-ispazji miftuħa li fadal iridu jkunu protetti.
Rebekah Borg qalet li l-iżvilupp ħoloq pressjoni kbria fuq l-ambjent inkluż l-estetika u sostniet li Kemmuna reġgħet intensiet fil-budget u ma ssemmiet xejn. Ma sar l-ebda studju dwar is-sostenibbiltà ambjentali ta’ Kemmuna; ma tistax tinqered Kemmuna, sostniet Rebekah Borg.
Id-deputat Nazzjonalista staqsiet fejn huma l-ispazji miftuħa li wiegħed il-gvern u kif dawn jistgħu jsiru meta l-gvern kkommetta biss €10 miljuni għas-sena d-dieħla.
L-ammont ta’ karozzi fit-toroq Maltin ma jistax jibqgħu jiżdiedu, sostniet id-deputat Nazzjonalista, li kompliet li hemm diversi diffikultajiet marbuta maċ-charging points għall-karozzi elettriċi. L-iskemi tal-enerġija rinovabbli huma tajbin iżda dawn ilhom hemm minn żmien gvern Nazzjonalista; issa gvern Laburista naqqas il-fondi għaihom.
Id-deputat Nazzjonalista kompliet li huma d-deċiżjonijiet li jagħmlu d-differenza fl-ambjent u pproponiet li jsir eżerċizzju biex artijiet tal-gvern jiżdiedu mal-ODZ kif kien ippropona l-PN qabel l-elezzjoni. Ejja nipproteġu l-ftit spazji miftuħa li għad fadal fil-pajjiż, appellat id-deputat Nazzjonalista.
//= $special ?>

