Internazzjonali

Mijiet salvati b’ħelikopters u dgħajjes wara għargħar li laqgħat l-Awstralja

Mijiet ta’ persuni ġew salvati permezz ta’ ħelikopters u dgħajjes wara maltemp qawwi li laqgħat New South Wales, fl-Awstralja.

Dawk f’Cowra esperjenzaw 121 millimetru ta’ xita f’24 siegħa – l-iktar darba li għamlet daqshekk xita fiz-zona f’118-il sena.

Is-Servizzi tal-Emerġenza qalu li wettqu 222 operazzjoni ta’ salvataġġ filwaqt li rċivew iktar minn 900 talba ta’ għajnuna. Fil-maġġoranza ta’ dawk li ġew salvati spiċċaw jew telgħu ma’ xi siġra jew inkella sabu refuġju ‘il bogħod mill-għargħar fuq xi bejt.