Quddiem il-każ ta’ swat minn uffiċjali ta’ Transport Malta fuq sewwieq ta’ mutur żvelat fil-media, il-Ministru tat-Trasport Aaron Farrugia ma daħalx fil-Kamra tal-Parlament meta fil-fatt hu kien fil-bini tal-parlament. Għalhekk il-Ministru Farrugia ħarab milli jwieġeb il-mistoqsijiet tal-Oppożizzjoni dwar dan il-każ u floku qam iwieġeb il-Ministru Owen Bonnici.
Kien il-Whip tal-Oppożizzjoni Robert Cutajar li staqsa għaliex il-Ministru Farrugia ma kienx il-parlament fil-ħin tal-mistoqsijiet parlamentari.
Il-Ministru Owen Bonnici qal li l-Ministru Farrugia jinsan impenjat b’xogħol uffiċjali tal-gvern u ma setax jattendi l-parlament. Il-Whip tal-Gvern Andy Ellul ikkonferma li l-Ministru Farrugia jinsab impenjat f’xogħol uffiċjali.
Id-deputat Nazzjonalista Adrian Delia qal li l-pajjiż hu maħsud bl-inċident imsemmi u staqsa s’issa l-Ministru Bonnici x’jaf fuq dan l-inċident, x’passi ittieħdu, min qed iwttaq l-investigazzjonijiet u jek intervjenietx il-pulizija biss.
Il-Ministru Bonnici qal li l-Ministru Farrugia kien ikkundanna l-inċident, l-uffiċjali huma sospiżi u hemm investigazzjoni interna lil hinn mill-investigazzjoni tal-Pulizija.
Id-deputat Nazzjonalista Adrian Delia qal li l-kudnanna għamilha kulħadd iżda lil hinn minn dan hemm ir-responsabbilta politika; din qed tinġarr? min se jġorrha? Min qed imexxi l-investigazzjoni interna li qed issir?
Il-Minisrtu Owen Bonnici qal li m’għandux din l-informazzjoni u kkundanna l-inċident li għalih qed issir riferenza. Hu qal li dan l-inċident m’għandux jiddawwar f’każ politiku.
Id-deputat Nazzjonalista Darren Carabott staqsa jekk hemmx diskrimianzzjoni bejn dan il-każ u l-każ ta’ ġimgħa ilu fejn tliet ufiċjali fil-Ministeru ta’ Għawdex tressqu l-qorti iżda ma kienux sospiżi.
Il-Minsirtu Owen Bonnici qal li hu jaqbel mad-deċiżjoni dwar it-tliet ħaddiema Għawdxin għaliex mhux mnnu li s-sospensjoni tkun awtomatika. Il-liġ tagħti diskrezzjoni jekk ikunx hemm sospensjoni jew le.
Id-deputat Nazzjonalista Adrian Delia qal li n-nuqqas ta’ rispett hu li l-Ministru Aaron Farrugia għoġbu ma jkunx il-parlament. Hu qal li l-Ministru Bonnici għandux iwieġeb dwar ir-responsabbilta politiku u sostna li dan hu inċident fejn uffiċjali pubbliku li suppost qed jiggarantixxi s-sigurtà tan-nies; il-Ministru għandu iwieġeb għaliex m’għandhiex tinġarr resoponsabbiltà politika f’dan il-każ.
Id-deputat Nazzjonalista Karol Aquilina staqsa meta kienu impjegati ż-żewġ persuni ma’ Transport Malta u b’liema proċess kienu impejgati.
Il-Ministru Owen Bonnici qal li l-proċess hu ddak normali ta’ ingaġġ ta’ ħaddiema.
Id-deputat Nazzjonalista Adrian Delia staqsa jekk meta jkun hemm każi bħal ta’ Transport Malta li ssemmiet biss fi skandli, wieħed wara l-ieħor: hemm xi limitu ta’ skandli li jistgħu joħorġu biex tinġarr responsabbiltà politika.
Il-Ministru Owen Bonnici qal li ma jabqilx ma’ din l-analiżi u sostna li l-istutuzzjoniiet qed jaħdmu.
Il-Whip Robert Cutajar qal li kellu informazzjoni li l-Ministru Aaron Farrugia jinsab fil-bini tal-parlament u għalhekk għandu jidħol fil-Kamra.
Il-Whip tal-GvernAndy Ellul qal li Aran Farruga kien impenjat u ma jafx jekk wasalx.
Id-deputat Nazzjonalista Adrian Delia staqsa għaliex il-Ministru Farrugia jinsab barra l-Kamra u qed jirrifjuta li jidħol fil-Kamra biex ma jweġibx il-mistoqsijiet.
Id-deputat Nazzjonalista Ryan Callus sostna li hu u Mardio de Marco kienu telgħu fil-lift flimkien ma’ Aaron Farrugia u hu (l-Ministru Farrugia) ħarab ‘l barra.
Id-deputat Nazzjonalista Mark Anthony Sammut staqsa x’poteri għandhom l-uffiċjali ta’ Transport Malta u x’taħriġ qed jingħataw.
Il-Ministru Owen Bonnici qal li kull ħidma ċivili hi regolata bil-liġi.
F’dan il-mument inqala’ storbju fil-parlament bl-Ispeaker jissospendi l-Kamra. Meta l-Parlament reġa ltaqa;, il-Whip tal-Oppożizzjoni Robert Cutajar talab ruling lill-Ispeaker dwar il-każ tal-Minitru Farrugia.
//= $special ?>