Il-Kap Eżekuttiv tal-Orkestra Nazzjonali kemm il-darba kien iffaċċat mill-vittma ta’ fastidju sesswali li kienet tirrapurtalu li Għawdxi li kien jaħdem magħhom kien qed jiffastidja. Madankollu Sigmund Mifsud kien jgħidilha li qed teseġera u ġġibhom bi kbar.
Il-vittma qalet dan meta kienet qed tixhed fil-bidu tal-kumpilazzjoni ta’ Sigmund Mifsud – eks kandidat Laburista – li qed jiġi mixli li pprova jaħbi l-evidenza. Fl-aħħar tas-seduta quddiem il-Maġistrat Gabriella Vella huwa ngħata l-pleġġ fuq depożitu ta’ elf ewro u garanzija personali ta’ ħames t’elef ewro u jiffirma kull nhar ta’ Tnejn u Ġimgħa fl-Għassa tal-Pulizija ta’ Tas-Sliema.
Il-vittma qalet li l-ewwel darba li ltaqgħet miegħu kien fuq il-vapur ta’ Għawdex u hemm qaltlu li għamlet żmien taħdem Londra u offrielha biex taħdem mal-Orkestra Nazzjonali. Kien offriela pożizzjoni fl-MPO u kien ta l-business card tiegħu u qalilha biex l-għada tmur tkellmu. Dan kien f’Novembru tal-2019. Kienet ukoll bdiet tgħin f’xi xogħol ieħor ieħor bħal fid-dipartiment tal-operazzjonijiet u tal-marketing.
Hija qalet li r-relazzjoni tagħha mal-akkużat kienet skont il-burdata tiegħu. Daqqa tajba u oħra ħażina. Imma wara ftit taż-żmien l-atteġġament tiegħu magħha kien wisq iebes. Kull mxi ħaġa ħażina li kienet tiġri kienet teħel hi, kien anke jgħajjarha fil-meetings quddiem ħaddieħor, u jiksirha ta’ spiss.
Ħatafha quddiem artista famuża
Qalet li tiftakar li waqt ikla ma artista famuża beda jgħajjarha u għamlet lejl sħiħ tibki “jekk ma tridx taħdem itlaq id-dar u nsib lil xi ħadd minflokok, qalilha darba. F’okkażjoni oħra waqt tour fl-Ewropa fuq xogħol bejn Praga u Bratisilva, kien jemm problema fuq il-flights, minħabba l-prezz tal-flight kien ġie jiswa ħafna, u weħlet hi wkoll bil-mużiċisti jarawha tibki.
Qalet li għamlet rapport fuq ‘sexual harasment’, wara li kitbet ittra ta’ riżenja, u kif raha Sigmund, qalilha – “x’inhu l-iskop tiegħek, ħa nqabbad avukat ħa nara x’passi se nieħu kontrik”. Dwar dak li kien jagħmlilha l-:Għawdxi qalet li kien jaqbadha milll-flokk minn quddiem u anke l-warrani.
Kien ukoll jibgħatlha ħafna ritratti fuq il-mobile ta’ nisa sidirhom barra u nisa oħra u jgħidilha li kienet daħlet taħdem magħhom waħda sabiħa. Dwar l-ittra ta’ riżenja u kien qalilha; ara x’se tagħmel, ikollok tbiddilha għax ħa nieħu passi u nħarrkek u nqabbad avukat kontrik. Kien qalilha wkoll li qed tindaħal fi problemi ta’ ħaddieħor u li jekk tieħu passi bil-Pulizija kien se jkellem avukat ukoll.
“Kien ikollna ħafna ‘clashes “ qalet ix-xhud – “kont ngħidlu li spiċċajt bil-problemi mentali minħabba dak li qed ngħaddi minnu”, qalet li l-ħati ta’ fastidju sesswali kien jiġri warajha l-ħin kollu u jiffittaha u minkejja li li kienet tgħid lill-akkużat b’dan, xejn ma kien jiġri.
Il-vittma kompliet tgħid li l-ewwel darba li tkellmet miegħu fl-2019 l-akkużat qalilha li kien se jkeċċi lil ċertu tfajla għax torqod ma’ kulħadd. Kienet tgħid ukoll dwar dak li kienet tgħaddi minnu lil Reuben Sammut li jaħdem fl-HR tal-orkestra nazzjonali.
Kienet uriet wkoll lil Sigmund ir-ritratti li kien jibgħatilha l-“Għawdxi” Sempliċiment kien jgħidilhom biex tagħmillhom delete, u jgħidilha biex ma tagħtix kasu għax immatur u jkun fis-sakra għax qiesu tifel. “Skont Sigmund dejjem neseġaera, qalet ix-xhud.
L-akkużat kien jgħidilha wkoll li jrid jisma’ ż-żewġ ti qniepen. Kien wegħda wkoll li kien se jkellem lil “Għawdxi” biex ma jkomplix sejjer hekk, imma ma kienx jieqaf. Ix-xhud qalet li l-akkużat ma tantx kien ħelu magħha u meta darba qaltlu li kienet se tibda titfi l-mobile fil-weekend, kien ħadha bi kbira għax hu kien jippretendi li taħdem 24/7.
Qalet li hija riedet il-mistrieħ tagħha fil-weekend minħabba l-ħafna ansjetà li kellha minħabba dak li kien jiġri lilha fuq il-post tax-xogħol. Kien ukoll jinkiha talli kienet tibki. Qalet li kienu jsiru wkoll meetings bejnha u Sigmund ta’ spiss u kien jgħajtilha biex jitkellmu.
Spiċċat tmur għand physcologist
Qalet li spiċċat anke kienet tmur għand physcologist u ma kellhiex triq oħra ħlief titlaq mill-post tax-xogħol. Skont Sigmund il-ħati ta’ fastidju sesswali fuqha kien waqaf, imma le, u darba qaltlu min jaf li kieku jagħmlu hekk lil bintek u hu rrabbja magħha u qalilha biex ma ssemmiex lil bintu.
Sadanittant diversi xhieda oħra, tlieta b’kollox xehedu li l-akkużat u huma kienu f’meeting u tkellmu dwar l-intenzjoni li kellha l-vittma li tagħmel rapport mal-Pulizija. Il-manager tal-Orkestra kkonferma li wara li l-vittma ppreżentat l-ittra tar-riżenja kien hemm laqgħa li matulha kien diskuss il-kontenut tal-ittra.
Mistoqsi għaliex ma tkellimx dwar l-allegazzjonjiet tal-vittma huwa qal li beda jibża’ li jiġi fl-inkwiet. Tfajla li kienet preżenti fil-meeting qalet li hija għaddiet ukoll minn problema ta; fastidju sesswali fil-passat imma mhux b’rabta ma’ dan il-każ u għalhekk swiċċjat off meta kienu qegħdin jitkellmu dwar dan u tfajla oħra qalet li kull ma kien id-diskors kien biex jekk mhux ċerta fuq dak li kienet se tagħmel toqgħod attenta biex ma ġġibx lil xi ħadd fl-inkwiet għalxejn. Jekk hija ċerta tmexxi.
Wara li raġel impjegat mal-Orkestra Nazzjonali ammetta każ ta’ fastidju sesswali fuq kollega tiegħu, aktar kmieni dan ix-xahar kien tressaq il-Qorti Sigmund Mifsud. Huwa kien inżamm arrestat wara li kien akkużat li jindaħal fil-każ u b’intraċċ tal-provi, f’kelma waħda allegatament għamel minn kollox biex hija ma tagħmilx rapport mal-Pulizija.
Il-prosekuzzjoni qed tgħid li huwa organiżża meetings mal-mużiċisti u mal-amministrazzjoni tal-orkestra b’rabta mal-każ ta’ Manager, li huwa wkoll mużiċist, li kien ammetta fil-Qorti li wettaq attti mmorali fuq kollega mużiċista. Sigmund Mifsud qed jiġi mixli wkoll li bejn ix-xahar ta’ Mejju 2019 u Novembru 2022, uża vjolenza morali u psikoloġika u dan sabiex inaqqasm l-abbilita tal-persuna jew jiżolaha, anke fejn jidħol impieg.
Li bl-aġir tiegħu kkawża lill-vittma ta’ fastidju sesswali, biża li kienet se tintuża vjolenza fil-konfront tagħham u li ma ħallijiex tagħti tagħrif jew provi meħtieġa f’kawża kriminali jew ċivili bil-ħsieb li ma jinħarġux provi kontra min wettaq ir-reat.
L-eks membru tal-Orkestra li instab ħati ftit jiem ilu kien jokkupa kariga għolja. Hu ġie kundannat sena ħabs sospiżi għal erba’ snin wara li ammetta li għal aktar minn tliet darbiet ta fastidju sesswali lill-mużiċista, bil-vittma tkun tfajla ta’ 27 sena u li kienet taħdem fl-istess orkestra.
Il-ħati li ismu ma jistax jissemma fuq ordni tal-Qorti għandu 31 sena u residenti r-Rabat, Għawdex, Huwa ammetta l-akkużi miġjubin kontrih dik li bejn Mejju 2019 u Settembru 2022, iffastidja lit-tfajla, li ġab ruħu b’mod li jaf li kien qed iwettaq dan ir-reat.
Huwa ammetta wkoll li ssoġġetta lill-vittma għal atti ta’ intimita fiżika anke bil-fomm u li dawn jikkonsistu f’atti ta’ konotazzjonijiet sesswali, ikkunsidrati bħala offensivi, umiljanti, degradenti jew intimidatorji lejha. Minbarra sentenza sospiża, l-Qorti ordnat ordni ta’ trażżin fil-konfront tal-ħati għall-perjodu ta’ ħames snin.
Il-Qorti ħarġet ukoll ordni ta’ protezzjoni favur il-vittma għall-perjodu ta’ tliet snin fejn Sigmund Mifsud u li ma jersaqx lejha jew b’xi mod jikkomunika magħha. Fil-każ ta’ Sigmund Mifsud il-prosekuzzjoni qed titmexxa mill-Ispetur Kevin Pulis u Gabriel Micallef filwaqt li għall-Kap Eżekuttiv tal-Orkestra Nazzjonali qed jidhru l-Avukati Edward Gatt, Mark Vassallo u Shawn Zammit. Il-kumpilazzjoni se tkompli fit-28 ta’ Novembru fil-12.15pm. fejn għandhom jixhdu l-Ispetturi tal-Pulizija li mexxew il-każ.
//= $special ?>