Internazzjonali

SUMMIT G20: Rishi Sunak iċanfar lil Putin dwar il-gwerra barbara fl-Ukrajna

Il-Prim Ministru l-ġdid Ingliż, Rishi Sunak ċanfar lil President Russu f’messaġġ li bagħat waqt is-Summit tal-G20 biex iwaqqaf il-gwerra u b’hekk jirtira t-truppi tiegħu mill-Ukrajna.

Sunak tkellem waqt l-ewwel sessjoni li saret f’Bali dalgħodu hekk kif iffaċja uffiċjali Russi. Hu kkritika wkoll in-nuqqas ta’ Vladimir Putin minn dan is-summit.

Il-Prim Ministru Brittaniku qal li kieku Putin attenda dan is-summit kienu jiddiskutu t-triq ‘il quddiem għall-qbil bejn iż-żewġ pajjiżi.

Waqt dan is-summit tkellem ukoll il-President Ukren, Volodymyr Zelensky fejn qal li l-pajjiż irid jagħmel l-aħħar sforz f’din il-ġlieda biex jieħu lura dak li hu tiegħu. Dan wara li l-Ukreni rnexxilhom jieħdu lura Kherson minn taħt idejn il-qawwiet Russi.