Lokali Parlament

Wara li ħarab resident, il-gvern qed jonfoq €1.8 miljun fis-sigurtà f’San Vinċenz

Paula Mifsud Bonnici, PN

Id-deputat Nazzjonalista Paula Mifsud Bonnici qalet fil-parlament li wara li ħarab resident minn San Vinċenz, il-gvern issa qed jonfoq €1.8 miljun fis-sigurtà f’San Vinċenz.

Id-deputat Nazzjonalista qalet li r-realtajiet tal-anzjani qed jinbidlu wkoll iżda l-anzjani dejjem jibqgħu riżors imprezzabbli u produttiv. Hi qalet li dawn għandhom rwol importanti fis-soċjetà iżda hemm ukoll anzjani vulnerabbli li m’għandhomx l-awtonomija li jiddeċiedu għalihom innfushom.

Id-deputat Nazzjonalista qalet li dan hu settur ta’ prijorità għall-PN u semmiet ir-riformi u l-proġetti li wettqu gvernijiet Nazzjonalisti flimkien ma’ dawk li komplew fuqhom gvernijiet Laburisti.

Hi tkellmet dwar ir-Residenza San Vinċenz li tilqa’ fiha 1,500 anzjan u qalet li din hi sfida kbira. Id-deputat Nazzjonalista semmiet it-traġedja li seħħet fis-sajf li għadda fejn diversi nuqqasijiet ippermettew li anzjan joħroġ bla ma ħadd jinduna.

Hi sostniet li t-tmexxija tar-Residenza rrapportat il-każ wara disa’ siegħat minn meta dan l-anzjan laħaq tbiegħed mir-Residenza; dan tbiegħeb b’mod li dan ma setax jinstab biex imbagħad instab mejjet. Hu inaċċettabbli l-gvern ħareġ jgħid li dan il-każ ma kienx tort tiegħu iżda kien tort tal-impjegati.

id-deputat Nazzjonalista kompliet li s-CEO rabbiet ftit għeruq f’din ir-Residenza u ma tax l-istampa kollha lill-Ministru; għalhekk il-Ministru ma setax jgħid li ma kienx hemm falliment fis-sistema. Issa San Vinċenz sar qisu ħabs, sostniet id-deputat Nazzjonalista, li kompliet li din hi inaċċettabbli.

Jekk hu minnu li t-tort ma kienx tal-gvern u jekk il-gvern qal li kien hemm nquqqas minn xi infermier, kif hu spjegat li intefqu minn €1.8 miljun f’servizzi ta’ sigurtà?

Id-deputat Nazzjonalista kompliet li dawn ma tnaqqsux tant li kien hemm kuntratti mġedda u se toħroġ offerta oħra għas-servizzi tas-sigurtà. Hi qalet li l-uffiċjali tas-sigurtà llum jinsabu mal-bibien kollha anki dawk sekondarji; spiċċaw jaħbtu f’xulxin.

Uħud minnhom anki fil-bitħa ewlenija fil-bitħa bl-uniku protezzjoni huma kamp ta’ ħdejn il-baħar biex jistkennu taħtu. Kullimkien, issa, saru gradi u rixtelli; anki fil-ġonna u spazji miftuħa.

Id-deputat Nazzjonalista kompliet li l-Assoċjazzjoni tal-Ġerjatrika qed issostni li dawn il-miżuri stretti huma inumani u jneħħu d-dinjità tal-pazjenti. Hi staqsiet għaliex ħarab l-anzjan minn San Vinċenz u staqsiet għaliex l-assesments kif ikunu allokati kienu qed isiru meta dawn ma kienux qed isiru.

Paula Mifsud Bonnici qalet li anki l-Imħallef Valenzia għamel din ir-rakkomandazzjoni; issa l-Ministru qal li se jsiru l-linji gwida kif ikunu allokati l-anzjani.

Mifsud Bonnici tkellmet dwar in-nuqqas ta’ infermiera f’San Vinċenz u dwar l-effett negattiv li dan qed iħalli. Hi sostniet li din il-problema ilha teżisti iżda issa hemm problemi kbar anki fl-Isptar Mater fejn anzjani qed jintbagħtu d-dar flok intbagħtu f’Karin Grech jew f’San Vinċenz.

Dan bil-konsegwenza li dawn l-anzjani dgħajfa qed imutu. Fit-3 ta’ Novembru li għadda ta’ 84 sena li kien ilu l-isptar. Intbagħat id-dar, hu oġġezzjona u l-awtoritajiet ġabu l-pulizija u ħarġuh minn Mater Dei bil-pulizija. Dan l-anzjan ħa kedda u nstab mejjet id-dar.

Jeħtieġ li l-kuntatt personali li l-anzjani residenti jiżviluppaw mal-infermiera Maltin ma jintilifx iżda jeħtieġ li ma jintilfux ukoll l-infermiera tajbin barranin li qed jispiċċaw imorru jaħdmu barra minn Malta. Jeħtieġ li l-kundizzjonijiet tal-infermiera jkunu mtejba. L-anzjani m’għandhomx ikunu trattati qishom oġġett postali; id-dinjità għndha tibqa’ prijorità.

Id-deputat Nazzjonalista tkellmet dwar l-ikel tal-anzjani fir-Residenza tal-Anzjani u qal li ma jagħmilx sens li l-anzjani jieklu fil-11.15 a.m. u jerġgħu jingħataw ikla sħiħa fl-4.15 p.m.

L-anzjani għandhom jingħataw ikel tajjeb u din għalihom u ma jkunx kważi dejjem l-istess. Trid tkun kontrollata l-ħela ta’ ikel propju minħabba din is-sitwazzjoni.

Dwar il-pakreġġ għall-viżitaturi f’San Vinċenz hi qalet li għandu jkun hemm spazju biżżejjed ta’ parkeġġ għall-viżitaturi biex il-familjari jmorru jaraw lill-pazjenti familjari tagħhom. Hi appellat biex ikun hemm spazji adegawti għal parkeġġi u biex jinħolqu spazju ġodda ta’ parkeġġi f’San Vinċenz.

Hemm swali f’San Vinċenz li m’għandhomx lifts għal barra u biex jinħarġu l-anzjani minnhom, dawn iridu jgħaddu minn swali oħra u kurituri twal.

Id-deputat Nazzjonalista kompliet li d-dar għall-anzjani ta’ Għawdex baqgħet ma saritx.

Dwar il-home help, id-deputat Nazzjonalista qalet li hemm ħafna iktar minn 385 anzjan li jistennew dan is-servizz. Hi tkellmet dwar il-Kummissarju għall-Anzjani u qalet li dan għandu jingħata l-għodda biex jaħdem. Jeħtieġ li jkunu kntrollati l-abbużi fuq l-anzjani; uħud minnhom jibqgħu mistura għaliex l-anzjani jħossu li l-anqas biss jistgħu jitkellmu.