It-Tnejn filgħaxija ntlgħabet waħda mil-logħob li ġew abbandunati nhar is-Sibt li għadda minħabba l-maltemp. It-tim ta’ Żejtun Corinthians għeleb lit-tim ta’ Lija Athletic 4-2 biex tela’ għal 27 punt, żewġ punti taħt il-leaders Sliema Wanderers.
Kienu Lija A. li marru fil-vantaġġ permezz tal-attakant Erjon Beu fid-19-il minuta’ b’James Brincat iwieġeb għal Żejtun C. erba’ minuti wara. It-tim ta’ Lija reġa’ mar fil-vantaġġ fis-27 minuta minn Duvan Mosquera Torres b’Żejtun għat-tieni darba jwettqu reazzjoni mmedjata u żewġ minuti wara reġgħu skurjaw il-goal tad-draw minn Alan Abela biex l-ewwel taqsima ntemmet 2-2.
Fis-56 minuta Mead Mifsud tkeċċa għat-tim ta’ Lija biex Żejtun ħatfu l-opportunità u Pena Da Costa skurja minn penalty fis-57 minuta. Fit-84 minuta Kurt Borg skurja r-raba’ goal ta’ Żejtun u assigura id-disa’ rebħa dan l-istaġun għat-tim ta’ Orosco Anonam.
//= $special ?>