Coronavirus Lokali Saħħa

12-il każ ġdid ta’ Covid-19 f’pajjiżna

Fl-aħħar 24 siegħa f’pajjiżna ġew irreġistrati 12-il każ ġdid ta’ Covid-19 filwaqt li fiequ 25 persuna oħra.

Fortunatament, l-ebda persuna ma tilfet ħajjitha kaġun ta’ dan il-virus biex b’hekk il-fatalitajiet mill-bidu tal-pandemija s’issa baqgħu 808.

Bħalissa f’pajjiżna għandna 261 każ attiv.