Lokali Mużika

140 artist jingħaqdu għall-ewwel kunċert “Il-Mużika Tgħaqqadna”

Il-Mużika Tgħaqqadna. Kunċert imtella’ għal l-Istrina li se jittella’ fil-21 ta’ Diċembru fl-MFCC f’Ta’ Qali.

F’konferenza tal-aħbarjiet, imtella’ fil-Palazz tal-President f’San Anton, tħabbar l-aħħar dettalji dwar dan il-kunċert mużikali li fih se jipparteċipaw 33 soċjetà mużikali u 140 artist.

Tkellimna mal-President tal-Għaqda Każini tal-Banda Noel Camilleri illi spjegalna li dan il-kuncert se jkun fih numru ta’ siltiet tal-Milied u mużika oħra.

Min-naħa tiegħu l-President ta’ Malta George Vella qal li dan il-kunċert juri x’valur kbir għandhom l-għaqdiet tal-baned fis-soċjetà Maltija fejn se jkunu qed jagħtu kunċert mużikali mill-aqwa, bil-flus kollha miġbura se jmorru għall-Malta Community Chest Fund.

Huwa qal li l-volontarjat huwa dak li jagħmel soċjetà aktar b’saħħitha, bit-tħejjiet f’dan il-jiem jissoktaw għal l-istrina ta’ din is-sena. Il-kunċert se jkollu l-partċipazzjoni mhux biss ta’ mużiċisti, iżda artisti oħra, inkluż koristi u kif ukoll żeffiena.