Kultura Lokali Mużika

27 Soċjetà Mużikali mhedda: “Nittama li tinstab soluzzjoni għall-każini”

“Nittama li tinstab soluzzjoni ġusta, is-soluzzjoni nemmen li tista’ tinstab, fl-interess tal-patrimonju Malti u Għawdxi”

Hekk qalilna l-avukat Noel Camilleri, il-President tal-Għaqda Każini tal-Banda, f’kummenti lil Net News, meta tlabnih ir-reazzjoni tieghu għall-isfida preżenti li qed isibu ma’ wiċċhom għad ta’ każini tal-Banda, inkluż is-Soċjetà Mużikali Stella Maris f’Tas-Sliema.

Preżentament f’pajjiżna hawn 27 soċjetà Mużikali li għandhom is-sede tagħhom mhedda minħabba li dalwaqt se jagħlaq iċ-ċens.

Fil-każ ta’ Stella Maris, minn dak li ġejna magħrfa s-sidien preżenti li huma intermedjarji għandhom sal-2026. Il-Qorti ddeċidiet li s-soċjetà għandha toħroġ ’il barra u s-sidien intermedjarji jidħlu għall-perjodu li baqgħalhom miċ-ċens.

Il-kelliema tal-PN Julie Zahra u Graziella Galea minn naha taghhom jinsistu li il-gvern irid jgħaddi mill-kliem għall-fatti, u jsib il-bilanċ bejn id-drittijiet tas-sidien u l-interess pubbliku ta’ dawn is-soċjetajiet kulturali u artistiċi.