Lejlet il-partita ta’ ħbiberija li t-tim nazzjonali Malti se jilgħab kontra l-Greċja, aktar kmieni llum fit-Technical Centre Hall, Ta’ Qali saret il-konferenza tal-aħbarijiet li kienet indirizzata mill-Interim Coach Gilbert Agius u mill-goalkeeper Henry Bonello.
Filwaqt li saħaq li huwa ta’ unur kbir għaliħ li ngħata l-opportunità li jgħin lill-istaff tekniku jipprepara għall-logħob kompetittiv tas-sena d-dieħla, Gilbert Agius qal li l-avversarji, l-Greċja huwa tim tajjeb ħafna li wara li biddlu l-kowċ is-sena l-oħra fi tmien logħbiet taħt Gustavo Poyet rebħu sitta u tilfu żewġ logħbiet. Huwa saħaq li l-Griegi għandhom difiża soda fejn anke qalgħu ftit gowls f’dan il-perjodu bit-tim huwa kompost minn plejers li jilagħbu f’kampjonati importanti madwar l-Ewropa.
Minn naħa tiegħu il-goalkeeper ta’ Ħamrun Spartans Henry Bonello qal li l-atmosfera fl-iskwadra hija tajba u li għan tat-tim huwa li jkompli fejn ħalla fir-rebħa kontra l-Iżrael u biex ipaxxi lil minn jilta jara t-tim nazzjonali u lil min ġenwinament jissaportja lil Malta.
