Lokali

Anzjana titlef ħajjitha wara li waqgħet minn għoli ta’ sular

Aktar kmieni wara nofsinhar ħarġet l-aħbar li anzjana tilfet ħajjitha hekk kif waqgħet minn għoli ta’ sular, f’incident illi seħħ fir-residenza fejn kienet tgħix.

Skont stqarrija tal-Pulizija…il-każ seħħ għall-ħabta tal-10am, fi Triq Ħal Tarxien, f’Ħal Luqa.

Mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li l-mara, li kellha 83 sena, waqgħet madwar sular fid-dar fejn kienet tghix.

Il-Pulizija qed tinvestiga dan il-każ, filwaqt infethet inkjesta immexxija mill-Magistrat Natasha Galea Sciberras.