It-Tlieta ntlagħbu żewġ logħbiet mill-FA Trophy fejn kienu fl-azzjoni tliet timijiet miċ-Challenge League u tim mill-Ewwel Diviżjoni Għawdxija.
Fil-Victor Tedesco Stadium Melita għaddew għall-fażi li jmiss meta sad-89 minuta kienu Marsa li dehru fil-viċin li jagħmlu dan meta kienu fil-vantaġġ. It-tim ta’ Marsa fetaħ l-iskor fid-39 minuta minn penalty mogħti minn De Oliveira, Melita jwieġbu bil-goal tad-draw tlett minuti wara b’goal ta’ Comes. Marsa mill-ġdid fil-vantaġġ minuta wara meta De Oliveira skorja t-tieni goal personali u għal Marsa. L-aħħar ta’ din il-partita kienet mill-aktar interessanti meta Thomas Griscti skorja l-goal tad-draw fid-90 minuta u kollox kien qed jindika li l-logħba se tmur għal ħin barrani. Biss Melita għamlu dak li ftit kienu qed jistennew sa ħames minuti qabel u marru fil-vantaġġ fl-94 minuta mil-player Ġappuniż Hiroya Konno biex b’hekk kienu t-tim ta’huma li kkwalifikaw bl-iskor finali ta’ 3-2.
Fl-Istadium taċ-Ċentinarju Mqabba għelbu lil Victoria Hotspurs 3-2. It-tim immexxi Adamovic fetaħ vantaġġ doppju minn Kazurov u Khatib fit-18 u t-28 minuta rispettivament. Khatib skorja wkoll fit-32 minuta, iżda din id-darba auto goal biex it-tim ta’ Victoria H reġa’ daħal fil-logħba. Fid-69 minuta Mqabba reġgħu fetħu vantaġġ doppju grazzi għal goal skorjat minn Mumford. Fit-83 minuta Victoria H mill-ġdid reġgħu naqqsu d-distakk b’goal ta’ Lemos Santos Ferreira. It-tim ta’ Mqabba rnexxili jżomm l-iskor sal-aħħar tal-partita biex kiseb il-kwalifikazzjoni għar-round li jmiss.
Logħob għal-lum:
Victor Tedesco Stadium:
19:00 – Naxxar Lions vs Oratory Youths
21:15 – Kalkara United vs Tarxien Rainbows
Sirens Stadium:
20:30 – Attard vs Birżebbuġa St. Peters
Centenary Stadium:
21:00 – St. Andrews vs Żabbar St. Patrick
//= $special ?>