Bernice Bonello, PN
Id-deputat Nazzjonalista Bernice Bonello qalet fil-parlament li dan hu budget li ma jweġibx il-mistoqsijiet dwar id-direzzjoni ekonomika tal-pajjiż u dwar x’se jsir fil-qasam edukattiv biex il-pajjiż ikollu biżżejjed riżorsi biex ilaħħaq mal-popolazzjoni li dejjem tiżdied.
Id-deputat Nazzjonalista qalet li għandu jkun assigurat li l-ambjent rurali u urban ikunu aħjar u li jkun hawn sistema effiċjenti ta’ trasport. Hi sostniet li ż-żgħażagħ qed jinsistu għal risposti dwar dawn is-suġġetti; f’dan il-budget kien hemm l-ebda impenn għal ħolqien ta’ setturi ekonomiċi ġodda.
Bernice Bonello qalet li l-PN identifika setturi għaż-żgħażagħ għal karriera mill-aqwa għaż-żgħażagħ.
L-ebda żagħżugħ m’għandu jibqa’ lura, sostniet id-deputat Nazzjonalista, li kompliet li l-gvern m’għandu l-ebda inizjattiva għaż-żgħazagħ li jbatu minn kundizzjonijiet, anzi l-gvern naqqas l-investiment fl-edukazzjoni waqt li baqa’ jagħti €80 miljun lil Steward.
Bernice Bonello qalet li l-gvern mhux jinċentiva iktar żgħażagħ biex iisr għalliema u għandhom jinfetħu iktar bibien għar-riċerka mill-istduenti. Iż-żgħażagħ irid serħan il-moħħ fid-divertiment, sostniet Bernice Bonello, li kompliet li l-gvern għandu jimplimenta strateġija biex ikun hemm sigurtà fid-divertiment.
//= $special ?>

