Lokali Parlament

Il-gvern għadu ma rrevediex il-Pjani Lokali

Toni Bezzina, PN

Id-deputat Nazzjonalista Toni Bezzina appella fil-parlament biex il-gvern, b’mod immedjat, jirrevedi l-Pjani lokali.

Toni Bezzina qal li l-bordijiet online, li kien jintużaw fil-COVID 19, irnexxew għalkemm hemm nuqqas ta’ impjegati fl-Awtorità tal-Ippjanar. Din is-sitwazzjoni qed ikollhom effetti fuq l-applikazzjonijiet bil-konsegwenza li qed ikun hemm dewmien. Irid ikun ikkunsidrat li bħalissa qed ikun hemm żieda fil-prezzijiet tal-prodotti u għalhekk ma jista xikun hemm dan id-dewmien.

Id-deputat Nazzjonalista tkellem dwar l-estetika u qal li r-responsbbiltà mhix tal-periti għaliex l-aħħar kelma hi tal-uffiċjali tal-Awtorità tal-Ippjanar, fosthom il-bordijiet li japprovaw il-faċċata. Qed ikun sitwazzjonijiet ta’ opinjonijiet differenti fuq il-faċċata; għalhekk jeħtieġ linji gwida li junu oġġettivi u mhux suġġettivi.

Id-deputat Nazzjonalista enfażizza l-importanza tal-konsistenza u qal jkun hemm applikazzjonijiet simili b’waħda approvata u l-oħra rifjutata; dan anki minħabba li kjun hemm case officers differenti u minħabba d-differenza li l-istess Awtorità tagħmel anki bejn lokal u ieħor jew triq u oħra.

Toni Bezzina qal li l-Pjani Lokali ħarġu fl-2006 u suppost li kienu riveduti fl-2016. Il-gvern Laburista kien obbligat li jirrevedi dawn il-pjani lokali iżda din għadha ma saritx u seta’ irrimedja fejn jgħid li kien hemm nuqqasijiet.

Id-deputat Nazzjonalista appelal biex mill-iktar fis isiru r-reviżjonijiet skont l-esiġenzi tal-pajjiż illum. Hemm bżonn reviżjoni dwar iż-zoning u l-kunsiderazzjoni ta’ tarsport tal-massa fil-pajjiż. Jeħtieġ li l-iSPED ikun riveduti, sostna Toni Bezzina.

Dwar l-aġenzija li tolqot l-industrija tal-kostruzzjoni, Toni Bezzina qal li din għandha tkun regolata bis-serjetà kemm mill-aspett tal-ħaddiema kif ukoll li dawk li jgħixu viċin sit ta’ kostruzzjoni jkunu jistgħu jgħixu b’mod sigur.

Anki hawn teżisti problema kbira ta’ nuqqas ta’ ħaddiema, sostna Toni Bezzina li qal li l-PN diġà għamel proposti dwar l-infurzar tal-liġi, isir reġistru tal-kuntratturi, isir it-taħriġ meħtieġ, li dawk involuti fil-kostruzzjoni jkollhom il-liċenzji u l-ħiliet neċessarji, għarfien dwar is-saħħa u s-sigurtà fuq is-siti tal-kostruzzjoni u li l-BCA jissaħħaħ b’iktar riżorsi.

Dawk li junu vittmi ta’ inċidenti għandhom jingħataw l-għajnuna neċessarja, sostna Toni Bezzina, li kompla li l-Kamra tal-Periti kienet anki insistiet fuq l-implimentazzjoni ta’ diversi riformi u bidliet.