Stanley Zammit, PN
Id-deputat Nazzjonalista Stanley Zammit qal fil-parlament l-Gvern għandu jinċita kultura ta’ innovazzjoni u jsostni eko-sistema ta’ innovazzjoni.
Stanley Zammit qal li l-innovazzjoni hi kultura; attitiduni, valuri u miri li l-poplu jaqsam bejnietu. Hu sostna li fil-budget hemm biss paragrafu wieħed dwar ir-riċerka u l-innovazzjoni; liema paragrafu kien vag b’investiment ta’ €5 miljuni.
Id-deputat Nazzjonalista staqsa x’livell ta’ suċċess qed ikollhom l-inizjattivi u sostna li l-innovazzjoni mhix biss li jsiru affarijiet ġodda iżda hi wkoll li jsiru affarijiet aħjar.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li t-titjib għandu jkun kontinwu u żied li l-kwalità tal-ideat għandha tkun imsaħħa. Dan flimkien mal-implimentazzjoni tal-ESG.
Stanly Zammit tkellem dwar l-importanza tal-fondi fir-riċerka u qal li l-programmi tal-gvern juru li hemm ivvotati l-istess ammonti għall-istess programmi ta’ din is-sena. Għalhekk jekk ikunu kkunsidrati l-ispejjeż dejjem jiżdiedu l-inizjattivi jkunu aktar stretti.
Jeħtieġ li dawn il-programmi jkunu iktar aċċessibbli, sostna Stanley Zammit, flimkien ma’ inċentivi għal individwi li jisponsorjaw ir-riċerka. Id-deputat Nazzjonalista kompla li r-riċerka analitika għandha tkun fl-oqsma kollha fejn hemm it-teknoloġija.
L-innovazzjoni hi l-bażi tar-reżiljenza ekonomika; iktar u iktar fi żminijiet diffiċli, sostna Stanley Zammit, li kompla li l-kultura ta’ innovazzjoni għandha tibda minn kmieni. Din għandha tinkludi wkoll il-voontarjat u l-għaqdiet non-governattivi għaliex dan il-qasam hu diġà b’saħħtu fis-soċjetà; il-volontarjat għandu jappoġġja lir-riċerka.
Id-deputat Nazzjonalista qal li rriċerka għandha tkun ikkunsidrata bħala karriera b’inċentivi lir-riċerkaturi; għalhekk sistema u mhux skema. Galhekk l-Università m’għandhiex tibqa’ tiġi trattata bħala kulleġġ glorifikat, sostna d-deputat Nazzjonalista, li kompla li għandu jkun hemm fondi għad-dipartimenti fiċ-Ċivil biex dawn jagħmlu r-riċerka u jtejbu s-servizz biex dan ikun effiċjenti u effettiv. Il-Gvern għandu jinċita kultura ta’ innovazzjoni u jsostni eko-sistema ta’ innovazzjoni.
//= $special ?>

