Lokali

Iweġġa’ gravi wara ħabta fil-bypass tal-Imrieħel

Raġel Taljan ta’ 43 sena residenti Santa Venera weġġa gravi wara li kien involut f’inċident fil-bypass tal-Imrieħel.

L-inċident seħħ it-Tlieta, għall-ħabta tas-6:30 ta’ filgħaxija.

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li seħħet ħabta bejn Nissan, misjuqa minn raġel ta’ 21 sena residenti Ħad-Dingli, u Smart, misjuqa mill-vittma.

Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post hekk kif issejjaħ tim mediku sabiex jassisti. Ir-raġel Taljan ittieħed l-isptar Mater Dei b’ambulanza u ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.