Ryan Callus, PN
Id-deputat Nazzjonalista Ryan Callus insista fil-parlament li tingħata kjarifika dwar in-nuqqasijiet u d-diskrepanzi li kien hemm fil-lista tal-warrants tal-inġiniera.
Fil-parlament Ryan Callus qal li f’din is-sena mietu 12-il persuan fuq il-post tax-xogħol; dan hu rekord ta’ imwiet f’dan is-settur. Hu qal li l-qafas legali li hemm ma rnexxiex għaliex ma rnexxielux iwaqqaf l-inċidenti fuq il-past tax-xogħol.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li hemm sitwazzjoni problematika b’nuqqas ta’ ċertezza fejn qed jitħalla lok ta’ interpretazzjoni. Hu sostna li l-Project Supervisors u l-OHSA qed jagħtu interpretazzjonijiet differenti f’sitwazzjoni li qed toħloq diffikultajiet.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li din is-sitwazzjoni dwar il-Project Supervisors, li huma impjegati mal-iżviuppaturi, qed toħloq konflitt ta’ interess.
Ryan Callus qal li din il-liġi għandha tkun riveduta biex jitnaqqsu l-imwiet u l-inċidenti fuq il-post tax-xogħol. Hu sostna li l-Project Supervisors m’għandhomx ikunu injorati mill-iżviluppaturi għalkemm mhux kollha għandhom kunsiderazzjoni dwr id-dettalji; din l-anomalija trid titkisser biex il-qafas jiffunzjona ħafna aħjar milli hu llum.
Hu appella lill-iżviluppaturi biex ma jħarsux lejn il-Project Supervisor minn lenti negattiva u jridu jifhmu li jkun hemm ħafna iktar spejjeż jekk ikun fatalità fuq il-post tax-xogħol.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li dawn kollha jridu jagħtu kontribut biex is-sitwazzjoni titjieb. Ħafna Project Supervisors qed jitilqu dan ix-xogħol u jfittxu xogħol ieħor minħabba din is-sitwazzjoni. Jeħtieġ bidla fil-mentalità fosthom dwar jekk il-Project Supervisors għandux ikollhom iktar poteri.
Id-deputat Nazzjonalista appella biex tkun ikkunsidrata l-proposta li l-Project Supervisors jaqgħu taħt l-OHSA. Hu qal li kien hemm ammont ta’ asbestos li kien dam tliet xhur mormi fi triq f’Marsaxlokk minħabba li kien hemm diffikultajiet dwar min se jiġbor dan il-materjal. L-istrutturi mhux jaħdmu, sostna Ryan Callus, li tkellem ukoll dwar il-lista tal-warrant holders tal-inġiniera.
Hu qal li fit-30 ta’ Awissu 2022 il-ministru kien notifikat li l-lista tal-madwar 2,000 warrant holder tal-inġiniera kellha żbalji kbar; minn din il-lista ta’ inġiniera, 700 warrant m’humiex assenjati lil xi persuna. Is-Segretarju Permanenti wieġeb flok il-ministru għal dawn l-akkużi serji, sostna Ryan Callus, li qal li dan seħħ taħt gvern Laburista.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li din hi kwistjoni serja u sostna li flok jipprovdi l-informazzjoni, il-ministru reponsabbli jgħid li tfittxija għandha ssir fil-Gazzetta tal-Gvern.
Is-sitwazzjoni gravat meta nahr it-Tnejn kien hemm laqgħa tal-Bord tal-Inġiniera fejn kien hemm ħerba fejn tliet membri talbu liċ-Chairman tal-Bord biex jipprovdi din il-lista għax iridu junu jaf lil min jappartjenu n-numri u fejn hemm il-vjot. Huma pproponew li din il-lista tkun aġġornata.
Fil-budget kien hemm tnaqqis fl-investiment fis-sistema tal-għargħar, sostna Ryan Callus, li kompla li din linfrastruttura falliet.
//= $special ?>