Justin Schembri, PN
Id-deputat Nazzjonalista Justin Schembri qal fil-parlament li dan kien budget nieqes mill-viżjoni u sostna li l-gvern qed jinjora r-realtà billi jipprova jsolvi dak li jista’ jixtri bil-flus. Kull ekonomija tiddependi fuq investiment fl-edukazzjoni; din hi rabta li qed tingħata dejjem iktar improtanza.
Il-pajjiżi li jiksbu suċċess edukattivi huma dawk li l-aktar ikunu kompetittivi mill-aspett ekonomiku. Malta mhix tikseb biżżejjed suċċessi fl-edukazzjoni; dan hu gvern indottrinat mill-idea tal-ekonomija u mhux jinvesti b’rieda fl-edukazzjoni.
Il-gvern m’għandux ikun biss populist u mhux jagħraf li l-ekonomija għandha tkun ibbażata fuq edukazzjoni ekwa li tagħti opportunitajiet indaqs lil kulħadd.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-ebda problema ma tissolva billi t-tfal jingħataw laptop meta hemm ħafna tfal li m’għandhomx il-ħiliet bażiċi fosthom dawk diġitali meħtieġa għal-lum.
Id-deputat Nazzjonalista qal li l-gvern qed jinganna meta jipprova jibni stampa tajba fl-edukazzjoni; tipikament kif jagħmlu l-gvernijiet Laburista. Hu qal li l-gvern falla f’diversi skemi fosthom fit-tablet għal kull student u sostna li l-gvern qed jattwa politika populista. Fejn huma l-inizjattivi fuq skala nazzjonali dwar it-tagħlim tal-computers fost it-tfal?
Dan hu gvern li lanqas hu kapaċi jonora l-edukaturi kollha bl-laptop adattat għaż-żminijiet tal-lum, sostna Justin Schembri, li kompla li l-apparat llum hu skadut.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-Eurostat jindika li Malta qed tnaqqas l-early school leavers iżda l-11% taż-żgħażagħ bejn it-18 u l-24 sena li mhux ikomplu jistudjaw hu persentaġġ li mhux jilħaq l-aspettattiva tal-Kummissjoni Ewropea.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-gvern għandu jassigura li jkun hemm korsijiet għad-domanda tal-impjiegi tal-ġejjieni. Sal-2020 kien hemm 200,000 persuna b’livell ta’ edukazzjoni baxxa; dan jammonta għal 50% tal-popolazzjoni Maltija.
Mill-istatistika tal-NSO jirriżulta li wieħed minn kull erba’ tfal jinsabu f’riskju ta’ faqar jew esklużjoni soċjali, sostna Justin Schembri, li kompla li din qed tpoġġi f’riskju l-avvanzi ta’ dawn it-tfal.
Jirriżulta li hemm prestazzjoni batuti fost l-istudenti lokali u diskrepanza bejn dawk vantaġġi u dawk li m’humiex. Madwar 51% tal-istudenti li għandhom żvantaġġ m’humiex jilħqu l-livell fil-qari.
Dan hu perstenaġġ sinifikanti meta mqabbel ma’ dak fl-UE, sostna d-deputat Nazzjonalista, li kompla li fl-edukazzjoni. Hu qal li l-iskejjel indipendenti u tal-Knisja mhux jingħataw l-appoġġ meħtieġ. M’għandux ikun hemm distinzjoni bejn l-istudenti tal-Univeristà u tal-MCAST.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li Malta għandha waħda mill-ikbar nefqiet fl-edukazzjoni għalkemm għadha lura li tikkomepti ma’ pajjiżi barranin. Hu kompla li l-gvern għadu ma lestiex l-iskola tal-Imsida.
Il-gvern għandu jinvesti biex isir awditjar serju dwar in-nefqa li qed issir biex l-investiment ikun wieħed li jagħti riżultati; għandhom ikunu pubblikati l-audits dwar l-istituzzjonijiet kollha edukattivi li hawn f’Malta inkluż l-ITS.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-gvern kellu biss intenzjoni li jgħaddi lill-edukaturi biż-żmien.
Justin Schembri qal li l-PN se jibqa’ jressaq il-proposti tiegħu u jibqa’ jemmen f’investiment sostanzjali biex jiżdied il-pakkett finanzjarju tal-edukaturi kollha.
Huma biss 15% tal-edukaturi li jgħidu li l-professjoni hi rispettata, sostna d-deputat Nazzjonalista, li appella għal programm bi skop biex ikun hemm rabta bejn l-edukazzjoni u x-xogħol. Jeħtieġ iktar investiment fis-snin bikrija.
Hu qal li l-PN jememn f’kampanja estensivi favur l-isport u kompla li l-problema tas-saħħa mentali għandha tkun trattat biu prijorità.
//= $special ?>

