Internazzjonali

NASA: Jitlaq ir-rokit ‘Artemis’ wara l-intoppi inizjali

L-aġenzija Amerikana NASA sa fl-aħħar tellgħet fl-ispazju l-aktar rokit ta’ kalibru qawwi li qatt intuża għal waqt missjoni.

It-tlugħ tar-rokit ‘Artemis; — twil mal-100 metru – sar minn Cape Canaveral, fi Florida, u kien anki wieħed spettakulari ddominat minn taħlita ta’ ilwien bħala parti mill-proċess tal-lift-off.

Il-missjoni tal-Artemis għandha, ‘il quddiem, tippermetti għal vjaġġ lejn il-qamar b’ kapsula li tinkludi astronawta. Il-kapsula magħrufa bħala Orion bħalissa qed tintuża mingħajr preżenza umana iżda jekk kollox jimxi kif suppost, il-missjonijiet tal-futur għandhom jinkludu l-astronawti li mistennija jaslu fuq il-wiċċ tal-qamar proprju b’din il-kapsula.

It-titjira minn Cape Carnaveral segwiet żewġ provi oħra għar-rokit li seħħew f’Awwissu u f’Settembru u li kellhom jieqfu waqt il-countdown  minħabba xi problemi tekniċi.