Tul il-jum tal-Erbgħa, raġel kellu jittieħed l-Isptar Mater Dei wara li waqà minn għoli ta’ madwar żewġ sulari waqt li kien qiegħed jagħmel xi xogħol f’residenza.
Dan il-każ seħħ għall-ħabta 12.15pm fi Trejqa tal-FleurDe-Lys, Santa Venera.
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li r-raġel, li l-identità tiegħu għadha mhix magħrufa, kien qiegħed jaħdem f’residenza u waqa’ madwar żewġ sulari. Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-isptar b’ambulanza fejn ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
Ir-raġel ġie ddentifikat bħala Pakistani ta’ 41 sena, residenti San Pawl il-Baħar.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>