Waqt intervista fuq ir-radju Franċiż Europe 1, id-difensur ta’ Manchester United u tat-tim nazzjonali Franċiż Raphael Varane qal li huwa ovju li s-sitwazzjoni ta’ Ronaldo u r-Red Devils taffetwa lill-kumplament tal-iskwadra għaliex huma bħal kulħadd isegwu dak kollu li jlun qed jiġri. Varane, li huwa parti mit-tim nazzjonali Franċiż fit-Tazza tad-Dinja tal-Qatar, qal ukoll li filwaqt li jipprovaw jikkalmaw is-sitwazzjoni kemm jistgħu, hu u sħabu jipprovaw kemm jista jkun ma jinvolvux ruħhom fiha.
L-eks plejer ta’ Real Madrid kompla jgħid li meta f’sitwazzjoni bħal din ikun involut stilla bħal ma hu Ronaldo aktar u aktar ikun hemm impatt iżda l-plejers individwalment m’għandhomx isolvu s-sitwazzjoni weħidhom għax huma parti mill-kollettiv.
Fl-aħħar nett Varane qal li hu jrid l-aħjar għall-klabb tiegħu u li tkun xi tkun id-deċiżjoni hu u sħabu se jkunu qed jaċċettawha.
//= $special ?>