Hekk kif fl-aħħar ġimgħat, Elon Musk ħa taħt idejh it-tmexxija tal-kumpanija ta’ Twitter, l-impjegati qed jaraw quddiem għajnejhom kollox jinbidel, bl-imgħallem il-ġdid qed ikun ferm iebes magħhom.
Fil-fatt, Musk obbliga lill-impjegati tiegħu biex mill-illum ‘il quddiem jibdew jaħdmu sigħat twal u iebsin inkella jirriżenjaw u jitilqu minnufih mill-kumpanija.
Dan sar permezz ta’ imejl li ntbagħtet lill-impjegati kollha f’isem Musk. Jekk l-impjegati ma jaqblux ma dan it-tibdil, se jkun Musk stess li jkeċċihom wara tliet xhur.
Elon Musk – meqjus bħala l-iktar persuna sinjura fid-dinja – kien diġa’ ħabbar li nofs l-impjegati ta’ Twitter se jkunu qed jitkeċċew hekk kif il-kumpanija kienet qed titlef mal-$4 miljun kuljum. Musk kien xtara l-kumpanija għal $44 biljun.
//= $special ?>