Sport

Blackball: Mosta St. Mary’s iżommu l-ewwel post b’rebħa fuq San Ġwann Nick’s A

It-tielet rebħa konsekuttiva għal Mosta St. Mary’s fil-kampjonat reġjonali tal-Malta Blackball Association meta l-Erbgħa għelbu lil San Ġwann Nick’s A 11-9.

B’din ir-rebħa l-Mostin baqgħu jokkupaw l-ewwel post b’9 punti u bi 3 punti vantaġġ fuq Birkirkara Youngsters, Każin Pinto Qormi B u Birkirkara Duke’s A li kollha għandhom 6 punti

F’logħbiet oħra Birkirkara Youngters għelbu lil Birkirkara Boċċi 11-5, Każin Pinto Qormi rebħu lil San Ġwann White Hart 11-9 filwaqt li Birkirkara Duke’s kisbu rebħa ta’ 11-8 fuq Selmun Bar A

Fl-aħħar nett Ħamrun 147 C kisbu l-ewwel rebħa tal-istaġun meta għelbu lil Juve Birkirkara A 11-6.

KLASSIFIKA – KAMPJONAT REĠJONALI BLACKBALL

Mosta St Mary A 9, Birkirkara Youngsters, Każin Pinto Qormi B, Birkirkara Duke’s A 6, San Ġwann Nick’s A, Selmun Bar A 4, San Ġwann White Hart, Ħamrun 147 C, Juve Birkirkara A 3, Birkirkara Boċċi 0