Aktar minn 300 partecipant ħadu sehem fil-Mediterranean Open Dance Festival. F’atmosfera unika fil-jumejn ta’ kompetizzjoni l-iżgħar partecipant kien ta’ sentejn u l-aktar anzjan ta’ 80 sena.
Il-kompetizzjoni kienet imfassla fuq sitt kategoriji li varjaw minn break dance, solo, duo, latin , ballroom u kategorija għal gruppi b’success wkoll għal partecipanti minn Malta.

Il-kompetizzjoni internazzjonali li jmiss organizzata wkoll minn Chris Zammit se tkun il-World Open li hija rikonoxxuta mill-World Dance Sport Federation.