Sport Tazza Tad-Dinja 2022

Iċ-Champions tad-Dinja jaslu l-Qatar

F’Doha merħba mill-isbaħ minn numru mdaqqas ta’ partitarji fil-mument li t-tim Nazzjonali ta’ Franza wasal fid-daħla tal-lukanda fejn se jkunu stazzjonati fil-perjodu tat-Tazza tad-Dinja.

Partitarji Franciżi ilhom fil-kapitali Doha mill-bidu tal-ġimgħa bi stennija għall-ewwel partita li ċ-Champions tad-Dinja tal-2018 għandhom kontra l-Awstralja fit-22 ta’ Novembru. Mit-tim rebbieħ ta’ erba’ snin ilu fadal xejn anqas minn għaxar plejers fosthom Hugo Lloris, Kylian Mbappe u Antoine Griezman .

L-attenzjoni tal-partitarji fuq Karim Benzema’ rebbieħ tal-aħħar edizzjoni tal-Ballun tad-Deheb li se jkun qed jirritorna fit-Tazza tad-Dinja wara l-aħħar dehra tiegħu fl-2014. Flimkien ma’ Franza fil-grupp hemm wkoll l-Awstralja, Danimarka u Tuneżija.