Internazzjonali

Il-kelma l-iktar imfittxija din is-sena kienet Homer

Cambridge Dictionary ħabbret li l-iktar kelma mfittxija din is-sena kienet Homer – kelma li qajmet ħafna rabja fost dawk li kienu qed jilgħabu Wordle.

Dan hekk kif din il-kelma spiċċat telfet l-istreak li kellhom biex jirbħu l-logħba.

Iżda xi tfisser din il-kelma? Homer ma tirreferix għal Simpson iżda tirreferi għall-home run fil-logħob tal-baseball.

Din il-kelma ġiet imfittxija 75,000 darba fl-ewwel ġimgħa ta’ Mejju hekk kif kienet waħda mit-tweġibiet f’puzzle tal-logħba Wordle.