L-iskandlu tal-Flyovers tal-Marsa. L-iskandlu fejn rajna uffiċjali ta’ TM jsawtu persuna. L-iskandlu fejn kien hemm indħil biex ingħataw il-liċenzji.
Għal dawn kollha, il-Ministru Aaron Farrugia ma jridx iwieġeb.
Dan huwa dak li sostnew permezz ta’ konferenza tal-aħbarjiet il-Whip tal-Grupp Parlamentari Nazzjonalista Robert Cutajar u d-Deputat, responsabbli mit-Trasport Adrian Delia fid-dawl ta’ dawn l-aħħar episodji u kif ukoll ir-ruling li fih Anġlu Farrugia kkundanna lill-Ministru Farrugia għall-fatt li ħarab milli jwieġeb domandi Parlamentari. U sal-lum. il-Ministru għadu ma ntalabx jidher quddiem il-Kumitat tal-Istandards.
Robert Cutajar qal li sal-lum dwar dan kollu, il-Gvern għadu ma tax spjegazzjoni waħda biex dan id-dekasteru ma jibqax mifni.
Adrian Delia min-naħa tiegħu qal li hija ħasra li għandna l-Ministru tat-Trasport li qed jinganna lill-poplu, għax ma jridx iwieġeb għad-domandi li qed isirulu mid-Deputati, li jirriflettu fuq kollox is-sentiment tan-nies.
Tul il-konferenza tal-aħbarjiet intqal li l-PN ghandu viżjoni għal dan is-settur. Iżda fl-aħħar ġimgħat komplejna naraw in-nuqqas kontinwu min-naħa tal-Gvern u l-Ministru Farrugia, fejn għall-problema tat-taffiku u l-imwiet fit-toroq Maltin l-ewwel waħħal fil-festi, wara fl-inċidenti, u wara fil-Pulizija li mhux jagħmlu xogħlhom sew.
//= $special ?>