Nhar il-Ġimgħa 11 ta’ Novembru f’Sannat ġie esegwit għall-ewwel darba l-Oratorju bl-isem ‘Margerita t’Antijokja’ b’mużika tas-Surmast Ray Sciberras u lirika ta’ Joe Mifsud. Din l-attività kienet parti miċ-ċelebrazzjonijiet li qed ifakkru l-Ġublew tal-Fidda tas-Soċjetà Mużikali Santa Margerita V.M.
Dan l-oratorju li rrakkonta l-ħajja, l-martri u l-glorja ta’ Santa Margerita, Patruna tar-raħal ta’ Sannat, ġie esegwit mill-Banda Santa Margerita V.M. taħt id-direzzjoni ta’ Mro George Apap. Ħadu sehem ukoll is-solisti: Georgina Gauci (Sopran); Graziella DeBattista (Alto); Alan Sciberras (Tenur) u Albert Buttigieg (Baxx) flimkien mal-kor ‘Ulied Margerita’ immexxi minn Mariella Spiteri Cefai, u n-narratur George Borg.
L-attività saret fil-Knisja Parrokkjali ta’ Santa Margerita V.M. taħt il-patroċinju tal-E.T. Frank Zammit, Ambaxxatur Malti tas-Santa Sede.
//= $special ?>