Sport Tazza Tad-Dinja 2022

Messaġġ b’saħħtu favur l-ugwaljanza mill-Istati Uniti fil-Qatar

Aħbar li ssorprendiet lil bosta kienet li l-Istati Uniti għat-Tazza tad-Dinja fil-Qatar għamlu verżjoni differenti tal-emblema li solitu tintuża minn atleti Amerikani. Id-differenza hija illi taħt l-ittri USA ta’ kulur ikħal , li jiddimonaw l-emblema l-istrixxi li solitu jkunu bojod u ħomor, għal Qatar2022 se jkunu strixxi bil-kulur tal-qawsalla.

Dan sar b’appoġġ dirett u support għad-drittijiet LGBTQ. L-emblema ġdida tinsab wkoll imwaħħla fic-centru tal-media għal ġurnalisti Amerikani li jinsab fit-training grounds. Madaknollu għal partiti uffiċjali fit-Tazza tad-Dinja, kontra Wales, Ingilterra u Iran , fuq il-flokk tal-plejers l-emblema se tibqa dik tradizzjonali bl-istrixxi bojod u ħomor skodt il-bandiera Amerikana.