Stanley Zammit, PN
Il-Gvern qed jibqa’ ċass quddiem sensiela ta’ nuqqasijiet li qed jaffettwaw il-kwalità tal-ħajja tal-poplu Malti u Għawdxi.
Dan sostnih id-deputat Nazzjonalista Stanley Zammit meta kien qed jitkellem fil-Parlament dwar l-estimi tal-Budget 2023 dwar l-Ippjanar u l-Kostruzzjoni.
F’dawn l-10 snin is-suq tħalla isuq mingħajr kontroll, b’laguni sħaħ fir-regolamenti u għalhekk pajjiżna spiċċa b’lokalitajIet f’telqa kbira kif ukoll bini żejjed mhux.
Ir-rizultat ta’ dan kollu kien pajjiż imkerrah sostna Stanley Zammit. Hu irrefera għal diversi studji, stħarriġ u artikli li qed jidhru ta’ kull ġimgħa li qed jixhdu r-rabja u l-frustrazzjoni tan-nies minnħabba t-tnaqqir tal-kwalità tal-ħajja.
Sadattant qed tibqa’ tisplodi id-densità ta’ pajjijżna fejn qed jibqa’ jiġi privatizzat il-qligħ u jibqa’ jiġi soċjalizzat it-telf. Mhux ta’ b’xejn li fir-raba’ Generate Youth Survey tal-2021, il-polz tal-ġenerazzjonijiet futuri ta’ Malta indikaw li aktar minn 60% tal-millennials u taż-żgħażagħ tal-ġenerazzjoni Z jippreferu jmorru barra minn pajjiżhom, lejn bnadi oħra fl-Ewropa, milli joqogħdu Malta.
Fil-fatt, 90% taż-żgħażagħ li wieġbu għall-istħarriġ qalu li jemmnu li l-ambjent ta’ Malta qed jiggrava, u li l-iżvilupp żejjed reġa’ tpoġġa l-ewwel fil-lista tal-akbar sfidi ta’ Malta (68%).
“Bir-raġun li 56% taż-żgħażagħ Maltin huma mħasba dwar is-saħħa fiżika, mentali u soċjali, għaliex, l-ambjenti deterjorata ta’ madwarna, fejn noqghodu, fejn naħdmu, fejn nistrieħu għandhom effett negattiv fuq is-saħħa tagħna” tenna Stanley Zammit.
Hu appella biex il-Gvern jimbarka fuq pjan strateġiku u ħolistiku tal-ippjanar ibbażat fuq il-gwidi tal-ESG u biex jiftah id-diskussjoni fuq ir-reviżjoni tal-pjanijiet lokali u l-policies li qed jaffetwaw b’mod negattiv il-kwalità tal-ħajja tal-Maltin u l-Għawdxin. Hu kkonkluda billi ħeġġeġ lill-ministru ikonċernat biex jibda jibni u jsaħħaħ ekosistema tal-ippjanar effiċjenti u effettivà li tkun tista’ timplimenta l-pjan strateġiku ħolistiku. Dan mhux biss jagħti spinta lill-kwalità tal-ħajja tagħna, Stanley Zammit, iżda wkoll iżid valur lill-proprjetajiet u konsegwentement itaffu, tal-inqas parzjalment, l-ispejjeż dejjem jiżdiedu relatati mal-materjali, it-trasport u x-xogħol minħabba s-sitwazzjonijiet attwali u li ġejjin, lokali u internazzjonali.
//= $special ?>

