Raġel ta’ 47 sena minn San Ġwann tilef ħajtu wara li waqa’ għoli ta’ madwar sular u nofs fil-Marsa waqt li kien għaddej b’xi fuq saqaf ta’ maħżen.
L-inċident seħħ għall-ħabta tad-9:10 ta’ dalgħodu fi Triq Belt il-Ħażna, qrib il-Powersation l-antika.
Fil-post issejjaħ tim mediku sabiex jassisti lir-raġel iżda sfortunatament huwa ġie ċċertifikat mejjet ftit tal-ħin wara
Il-Magistrat Charmaine Galea fetħet inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-investigazzjoni u eventwalment jiddeterminaw x’wassal għal dan l-inċident.
L-OHSA fetħet ukoll investigazzjoni dwar dan il-każ.
