Sport

Tennis: Francesca Curmi tissorprendi fl-Open Villa de Madrid u tagħmilha mal-aħħar sittax

Suċċess ieħor għat-Tennista żgħażugħa Maltija ta’ 20 sena Francesca Curmi hekk kif ftit tal-ħin ilu għamlitha għal mal-aħħar 16 fl-Open Villa de Madrid b’rebħa fuq l-Awstrijaka Sinja Kraus. Kraus tinsab fil-195 post fir-ranking, kważi 300 pożizzjoni ‘l fuq minn Curmi li tinsab fl-484.

Curmi rebħet l-ewwel set 2-6 bl-Awstrijaka twettaq reazzjoni u tirbaħ is-set ta’ wara 6-3. Il-Maltija ma qatgħetx qalbha u rnexxilha tirbaħ l-aħħar set 4-6.

Biex waslet s’hawn Francesca Curmi eliminat lill-Ispanjola Lucia Cortez Lloroca 7-5, 6-4 u lit-Taljana Nuria Brancaccio 7-6, 4-6, 10-12.