Il-konflitt fl-Ukrajna kompla għaddej ġmielu hekk kif fl-aħħar sigħat komplew il-bumbadramenti f’numru ta’ bnadi madwar il-pajjiż, inkluż fil-Krimeja, bl-Ukrajna tattakka zoni maħkuma mir-Russja.
Ir-Russja min-naħa tagħha kompliet l-attakki fuq faċilitajiet għall-produzzjoni tal-gass li jinsabu fil-Lvant tal-Ukrjana.
Fid-dawl ta’ dan kollu, komplew joħorġu aktar rapporti ta’ xeni xokkanti minn Kherson, fejn sa issa uffiċjali Ukreni sabu 63 katavru torturat. L-uffiċjali qalu li dan hu biss il-bidu, għaliex hemm rapporti li jafu jiskopru aktar binjiet fejn kienet qed titwettaq tortura fuq l-Ukreni.
Kien għalhekk li l-President tal-Ukrajna Volodmyr Zelensky baqa; jitlob biex il-Punent ikompli jassisti lill-Ukreni.
Fil-fatt, il-fergħa ta’ investiment privat tal-Bank Dinji se tiddiskuti pakkett ta’ appoġġ ta’ $2 biljun għall-Ukrajna. Id-diskussjoni hi skedata li ssir waqt laqgħa tal-bord f’Diċembru li ġej.
Is-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, minn naħa tiegħu laqa’ ftehim li sar mill-partijiet kollha biex jiġi estiż id-deal dwar il-qamħ li qed ikun trasportat mill-Baħar l-Iswed. Dan sabiex tkun facilitata l-esportazzjoni tal-Ukrajna mill-portijiet tagħha fin-Nofsinhar tal-Baħar l-Iswed.
Inatnt….fl-ahhar sighat….is-Segretarju Ġenerali tan-NATO qal li l-missila li qatlet żewġ persuni fil-Polonja x’aktarx kienet Ukrena, sparata waqt li l-Ukrajna kienet qed tiddefendi lilha nnifisha. Hu spjega li dan kien inċident.
Żied jgħid li xorta waħda r-Russja taħti għaliex kienet hi li bdiet l-attakk fuq l-Ukrajna.
L-Ukrajna qed tkompli tisħaq li kienet ir-Russja li sparat din il-missila u li għandha tipparteċipa wkoll f’din l-investigazzjoni.
//= $special ?>