Coronavirus Lokali Saħħa

13-il każ ta’ Covid-19 f’pajjiżna

Fl-aħħar 24 siegħa f’pajjiżna ġew irreġistrati 13-il każ ġdid ta’ Covid-19 filwaqt li fiequ 23 persuna oħra.

Fortunatament, l-ebda persuna ma tilfet ħajjitha kaġun tal-virus biex b’hekk il-fatalitajiet mill-bidu tal-pandemija s’issa baqgħu 808.

Dan ifisser li bħalissa f’pajjiżna għandna 245 każ attiv.

Intant, bħalissa għadu qed jingħata t-tilqim kontra l-istess Covid-19, kif ukoll il-vaċċin għal kontra l-influwenza staġjonali.