Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Bernard Grech iddedikata l-ġurnata kollha tal-Ġimgħa qalb ir-residenti, ħaddiema u negozji f’San Ġwann.
L-ewwel żjara li għamel kienet fil-Kunsill Lokali fejn hemm, is-Sindku, tkellem mal-Kap tal-PN dwar in-nuqqas ta’ fondi … u responsabbiltajiet li sena wara sena qed ikomplu jonqsu.
Aktar tard, Bernard Grech żar lill-Kappillan tal-lokalità fost diversi żjarat oħra lil negozji u sidien ta’ ħwienet…. b’waħda mill-akbar inkwiet tagħhom ikun il-fatt li l-għassa tal-Pulizija dejjem magħluqa.
Iżda n-negozji tkellmu wkoll dwar kif qed jaraw nuqqas ta’ bejgħ, kawża tal-għoli tal-ħajja.
Aktar tard fil-ġurnata, Bernard Grech żar il-Kumitat tal-PN San Ġwann fejn wara li ddiskutew numru ta’ sfidi fil-lokalità, attenda attività soċjali għar-residenti.