Futbol Sport

FA Trophy: Swieqi jaċċertaw passaġġ għar-rawnd li jmiss fl-ewwel taqsima

(Ritratt: Martin Agius)

Il-Ħamis intlgħabet logħba oħra mill-FA Trophy, biż-żewġ timijiet fl-azzjoni jkunu dawk miċ-Challenge League, Swieqi United u Fgura United. It-tim ta’ Swieqi aċċerta passaġġ għar-rawnd li jmiss wara li għelbu lit-tim ta’ Fgura U bi tlett goals skurjati fl-ewwel taqsima.

It-tim immexxi minn Steve Damato mar fil-vantaġġ fid-9 minuta minn David Garba, filwaqt li Anthony Bartolo rdoppja l-iskor tliet minuti wara. Fis-36 minuta Swieqi żiedu l-iskor minn auto goal ta’ Miguel Tabone għal riżultat finali ta’ 3-0. 

Il-logħob ikompli fi tmiem il-ġimgħa fil-gżira Għawdxija b’dawn il-logħbiet:

Is-Sibt – Kerċem Stadium

15:30 – Xewkija Tigers vs Lija Athletic

Il-Ħadd – Kerċem Stadium

12:15 – Kerċem Ajax vs Masaskala

14:45 – Għajnsielem vs Qrendi

It-Tlieta – Krċem Stadium

18:00 – Sannat Lions vs Qala Saints