Ikkonfermat illi Gianni Infantino mhux se jkun ikkontestat bħala President tal-FIFA fejn dan se jkun it-tielet mandat tiegħu . Stqarrija qasira mill-FIFA ħabbret li Infantino se jkun l-uniku kandidat meta ssir l-elezzjoni fit-73 Kungress tal-FIFA f’Kigali, ir-Rwanda fis-16 ta’ Marzu.
It-tielet mandat ta’ Infantino isegwi fil-linja tal-Presidenti preċedenti tal-FIFA, Joao Havelange li kien mill-1974 sal-1998 u Sepp Blatter li kien fil-kariga mill-1998 sal-2015. Madankollu l-Federazzjoni Ġermaniża tal-Futbol permezz tal-President Bernd Neuendorf ħabbret li mhux se tappoġġja l-elezzjoni mill-ġdid ta’ Infantino fejn il-Federazzjoni Ġermaniza tittama li Infantino juri konsiderazzjoni aktar profonda għad-drittijiet tal-bniedem u aktar impenn għal kwistjonijiet umanitarji.
Neuendorf kien sostenitur qawwi biex il-FIFA twaqqaf fond ta’ kumpens għall-ħaddiema migranti li bnew l-istadiums tat-Tazza tad-Dinja. Infantino indika tkabbir fil-fatturat tal-FIFA matul iż-żmien tiegħu fit-tmexxija b’ fatturat ta’ 7 biljun dollaru għaċ-ċiklu ta’ erba’ snin sal-2022.
//= $special ?>