Il-Ġimgħa fil-Palazz ta’ Sant’ Anton, il-President George Vella u s-Sinjura Miriam Vella laqgħu membri tal-Grupp Barokk minn Kiev.
Il-grupp kien magħmul mill-komponenti nisa biss peress li l-membri rġiel baqgħu fl-Ukrajna minħabba l-gwerra li għaddejja bħalissa. B’emozzjoni kbira, il-kor kanta l-innu nazzjonali Malti u dak Ukren.
Il-President Vella kkumplimenta lill-membri tal-kor għat-talent tagħhom u faħħar il-kuraġġ u l-qlubija tal-poplu Ukren quddiem l-atroċitajiet u d-diffikultajiet li jiffaċċja ta’ kuljum.
L-Ambaxxatur ta’ Malta għall-Ukrajna John Debono u s-Sinjura Nancy Milesis Romano iffaċilitaw iż-żjara.