Inter se jiltaqgħu kontra Gzira United Football Club f’logħba ta’ ħbiberija f’pajjiżna.
Il-logħba mistennija ssir fil-5 ta’ Diċembru, bħala parti mill-kamp ta’ taħriġ li Inter se jorganizzaw f’pajjiżna. L-ewwel indikazzjonijiet huma li l-logħba se tibda fis-18:00, u mistennija tintlagħab fit-Tony Bezzina Stadium ta’ Raħal Ġdid.
Sadattant, u minkejja rapporti fil-midja internazzjonali, jidher kważi impossibbli li Inter u Juventus jaffrontaw lil xulxin f’Malta. Dan għaliex Juventus se jirritornaw għat-taħriġ biss fis-6 ta’ Diċembru, waqt li l-kamp ta’ taħriġ ta’ Inter f’Malta jiġi fi tmiemu fid-9 tax-xahar.
F’Malta, Inter mistennija jilagħbu wkoll kontra FC Red Bull Salzburg, li wkoll mistennija f’pajjiżna għal kamp ta’ taħriġ.
//= $special ?>