F’parroċċa ta’ San Gabriel Arkanġlu fil-Belt tal-Messiku, l-istatwa tal-Bambin tal-Mirakli tlibbset bil-flokk u qalziet tat-tim nazzjonali tal-Messiku ,flimkien ma ballun tal-futbol sabiex il-parruċċani jkunu jistgħu jitolbu quddiemu bil-għan li t-tim Nazzjonali Messikan imur tajjeb fit-Tazza tad-Dinja fil-Qatar.
Għal bosta iżda t-talb lil Bambin tal-Mirakli jmur lil hinn mit-Tazza tad-Dinja fejn fil-mument li bosta jmorru jitolbu biex it-tim imur tajjeb, hemm min wkoll jaħseb f’xi ħadd marid fil-familja u jirrikorri biex il-Bambin tal-Mirakli jfejjqu.
Skont il-kappillan tal-parroċċa, Patri Jose’ Guadaloupe Gondinez f’dawn il-ġranet kienu bosta id-dilettanti tal-futbol li marru fil-parrocca jitolbu lil Bambin tal-Mirakli fejn meqjus bħala l-plejer ta’ Tacuba, id-distrett fejn huwa meqjum.
