Futbol Sport

Kampjonat tal-Veterani: Tnax-il gowl fi draw bejn Rabat Veterans u MFPA

Fl-aktar logħba li offriet spettaklu u emozjoni Rabat Venterans u MFPA spiċċaw fi draw ta’ 6-6.

Micheal Mifsud skorja hat-trick għal MFPA filwaqt li l-golws l-oħra waslu minn doppjetta ta’ William Borg u gowl minn Manuel Savasta li ġab id-draw għat-tim ta’ MFPA. Il-gowls tar-Rabtin waslu minn hat-trick ta’ Dylan Falzon, dopjetta ta’ Clint Zammit u gowl ta’ Gilbert Scerri.

Il-leaders Żejtun Red Stars komplew jirbħu u baqgħu fl-ewwel post fil-Kampjonat tal-Veterani wara li għelbu lil St. Andrews 5-2.

Il-gowls taż-Żoeten waslu minn doppjetta ta’ George Frendo u gowl kull wieħed ta’ Tyron Borg, Nikolai Filipov u Noel Tabone filwaqt li Jean Bert Gatt u Micheal Galea skorjaw għal St. Andrews.

Draw ieħor ta’ 1-1 bejn Żurrieq Wolves u Birkirkara St. Helens.

Żurrieq marru minn fuq permezz ta’ Robert John Zammit bil-Karkariżi li ġabu l-iskor indaqs minn Claudio Calleja.

Gżira United irritornaw għar-rebħ b’riżultat konvinċenti ta’ 7-2 kontra Pietà Hotspurs.

Protagonist għal Gżira Alex Muscat li skorja hat-trick b’Firaz Aboulezz jiskorja doppjetta u gowl kull wieħed ta’ Jonathan Pearson u Andrew Cohen.

Sunday Ikenchukwu u Jose Luis Carlos Lopes skorjaw il-gowls ta’ konsolazzjoni għal Hotspurs.