Futbol Sport

L-eks difensur ta’ Chelsea u tat-tim nazzjonali Ingliż Gary Cahill jiritra mill-futbol

(Ritratt: EPA)

L-eks difensur ta’ Chelsea u tat-tim nazzjonali Ingliż fost oħrajn Gary Cahill ħabbar li ritra mill-futbol wara karriera ta’ suċċess fl-età ta’ 36 sena.

Cahill, li lagħab 61 darba għall-pajjiżu u skorja 5 gowls ilu mingħajr klabb minn meta ħalla lil Bournemouth fis-sajf li għadda. F’intervista esklussiva li ta lil Sky Sports Cahill qal li jemmen li għalkemm kellu offerti mill-Premier League kif ukoll miċ-Championship, issa huwa ż-żmien li jieħu din id-deċiżjoni li stqarr li kienet waħda diffiċli.

Matul il-karriera tiegħu Cahill rebaħ darbtejn il-Premier League, darbtejn l-Europa League, UEFA Champions League, darbtejn l-FA Cup u League Cup. Huwa ingħaqad ma’ Chelsea mingħand Bolton Wanderers fl-istaġun 2011/12. Wara li ħalla lil Chelsea, minbarra ma’ Bournemouth Cahill kellu esperjenza wkoll ma’ Crystal Palace.