It-Tnejn li ġej mid-9am se jidħlu fis-seħħ arranġamenti tat-traffiku b’rabta mal-proġett tal-mini biswit l-ajruport.
Ir-residenti tal-lokalitajiet ta’ wara l-mina ta’ Ħal Kirkop mhux se jibqgħu jgħaddu minn Ħal Far għaliex issa se jibdew jgħaddu dritt minn Vjal il-Gudja, dirett lejn il-mini ta’ Ħal Kirkop.
Intqal li s-sewwieqa li se jmorru lejn l-ajruport, Ħal Far u B’Bugia, se jibdew jiġu minn dawret il-Gudja u se jmorru lejn Ħal Luqa. Hemm is-sewwieqa se jagħmlu U-turn, u jgħaddu mill-underpass li sar li huwa parti minn dan il-proġett.
S’issa, se tintuża karreġġjata waħda, hekk kif jonqos 20% tal-proġett.
Mit-Tnejn dawk ħerġin mill-ajruport jew li ġejjin mill-inħawi ta’ Birżebbuġa direzzjoni lejn Ħal Luqa se jgħaddu minn Triq l-Ewwel Titjira lejn il-mini ta’ Ħal Kirkop, iduru mar-roundabout u jerġgħu jgħaddu mill-mini ta’ Ħal Kirkop biex imorru lejn Vjal l-Avjazzjoni.
//= $special ?>