Sport

Pool: Ryan Pisani jirbaħ ir-raba’ Euro Ranking Tournament

Ryan Pisani rebaħ ir-raba’ Euro Ranking Tournament organizzat mill-Malta Pool Association meta fil-finali għeleb lil Miguel Amato bl-iskor ta’ 8-5. 

Intant fil-kategorija tal-Over 50’s Marcel Micallef għeleb lil David Zammit 8-5 filwaqt li Carmelo Vella rebaħ il-kategorija Over 60’s meta għeleb lil Mario Spiteri 8-4 fil-finali.

Chaylon Castaldi kiseb rebħa kbira ta’ 7-0 fuq Nordai Desira biex rebħa l-kateogirja taż-żgħażagħ Under 18’s filwaqt li Liam Mifsud kellu jitħabat biex għeleb lil Rudger Xerri 8-7 fil-finali tal-kategorija Under 23’s.