F’ittra li ntbagħtet mill-Għaqda Repubblika lill-Kummissarju tal-Istandards fil-Ħajja Pubblika, Repubblika resqet ilment dwar l-imġieba tal-Minisru Aaron Farrugia fejn it-Tlieta li għadda ma daħalx fil-Kamra tad-Deputati fejn kien imissu jwieġeb domandi parlamentari.
Dan wara li ftit sigħat qabel, kien ixxandar filmat li juri abbuż gravi min impjegati ta’ Transport Malta, li taqà propju taħt il-Ministeru ta’ Farrugia stess.
Repubblika insistiet li dan l-aġir huwa nuqqas gravi u ksur serju tal-Kodiċi tal-Etika tal-Ministri u s-Segretarji Parlamentari, aktar u aktar meta mezzi tax-xandir indikaw li Farrugia kien fil-bini tal-parlament.
L-Għaqda Repubblika saħqet li l-Ministru Farrugia naqas f’dak li huwa mistennu minnu fil-Kodiċi tal-etika, u minhabba f’hekk tinsab imħassba ferm li l-Parlament qed jitlef il-missjoni tiegħu li jagħmel skrutinju tal-Gvern u minflok qed isir timbru tal-Eżekuttiv, filwaqt li talbet lill-Kummisarju tal-Istandards sabiex jinvestiga l-agir ta’ Farrugia għaliex din l-imġiba hija inaċċetabbli.
//= $special ?>